Kull Min Jivjaġġa Lejn L-Ingilterra Jrid Jagħmel Test Mandatorju
L-Awtoritajiet fir-Renju Unit ħabbru li mill-ġimgħa ddieħla n-nies kollha li jmorru fil-pajjiż iridu jagħmlu test obbligatorju, inkluż passiġġieri minn Malta.
Il-passiġġieri kollha, mill-15 ta’ Frar se jkollhom jagħmlu żewġ testijiet, fit-tieni u t-tmien jum, mal-wasla tagħhom.
Bħalissa, in-nies li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit iridu jipprovdu prova ta’ test negattiv li jkun sar mhux aktar minn 72 siegħa qabel ma jaslu fil-pajjiż.