Varata l-Strateġija Tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol

 Varata l-Strateġija Tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol

It-Tlieta filgħodu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol varat l-ewwel strateġija tagħħa f’120 sena ta’ storja fejn fost oħrajn tinkludi proġetti ambizzjużi bl-għan huwa li jogħla l-livell fid-diversi setturi tal-futbol Malti.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija Bjorn Vassallo elenka t-tmien pillastri importanti li fuqhom hija ibbażata din l-strateġija bil-viżjoni teħodna sal-2024.

Fost dawn insibu l-iżvilupp u l-parteċipazzjoni ta’ plejers żgħażagħ sabiex ikunu l-pedament tat-timijiet nazzjonali, l-iżvilupp fl-infrastrutura fejn jinbena ċentru nazzjonali ta’ taħriġ ġdid, bini ta’ eko sistema unifikata li prijorita tagħha huwa l-futbol femminili, jiġu ospitatti tournaments prestiġjużi taż-żgħażagħ, jiġu attirati partitarji ġodda permezz ta’ kompetizzjonijiet ta’ livell, jinħolqu oppurtunitajiet ġodda li jsarfu f’oppurtunitajiet kummerċjali li eventwalment jofru esperjenzi aħjar lill-partitarji kif ukoll titjib l-fiduċja fl-istituzjonijiet f’ħdan l-MFA sabiex l-assoċjazzjoni tkun iżjed trasparenti u demokratika.

 

Ritratt: MFA

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com