“Uħud Minn Dawk Li Skanadalizzaw Jittantaw L-Irġiel Bil-Moħbi”

 “Uħud Minn Dawk Li Skanadalizzaw Jittantaw L-Irġiel Bil-Moħbi”

Hekk ikkummentat persuna magħna għal ewforija li nħolqot b’riklam mit-Top Choice – Electronics & Appliances fejn irriklamaw bosta prodotti tagħhom bħala ideat għal rigal f’Jum San Valentinu, fejn wieħed minnhom juri koppja gay.

Ir-riklam juri ugwaljanza bħalma hemm riklami oħra ta’ koppji differenti fuq l-istess paġna tal-kumpanija. Madanakollu, bosta kienu dawk li għażlu li jwaqqgħu għaċ-ċajt jew jużaw kummenti dispreġġjativi lejn dan ir-riklam bil-konsegwenza, li kien hemm bosta li ħassewhom urtati anke jekk huma stess m’humhiex omosesswali.

“Basta, meta niġu għall-fatti joħorġu l-kuluri”, kitbet persuna minnhom fuq facebook.

Il-persuna li kellmitna privatament, qaltilna li rat kummenti minn xi individiwi, li jippruvaw jidhru ħelwin u mbagħad ikunu tal-ewwel biex jittantaw bil-moħbi fuq facebook.

Intom x’taħsbu dwar dan?!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com