Jekk Tbati Minn tirojde (thyroid) Baxxa Tagħmilx Bħal Popeye!

 Jekk Tbati Minn tirojde (thyroid) Baxxa Tagħmilx Bħal Popeye!

Kif jafu ħafna nies, Popeye il-baħri famuż kien jiekol ħafna spinaci biex jieħu is-saħħa. Iżda għad li l-ispinaċi fihom ħafna propjetajiet bnini li tassew ituk is- saħħa fosthom il-ħadid dawn ma jistgħux jittieklu ta’spiss min- nies li jbatu minn tirojde lajma ( hypothyroidism).

Dan għaliex l- ispinaċi hija ħaxixa li ġejja mil-familja krucifera flimkien ma ħxejjex oħra bħal pastard u brokkoli. Dawn il-ħxejjex fihom il-gojtrinogeni li jistgħu ibaxxu il-ħidma tat-tirojde. Jekk dawn il-ħxejjex jiġu msajjra dan l-effett jitnaqqas pero xorta ma jitlaqx għal kollox.

Ħxejjex u frott oħra li fihom gojtrinogeni huma :

Frawli
Ħawħ
Soya
Ħalib tas-soya
Tofu
Karawett
Korn
Patata ħelwa

Din il-lista hija biss gwida. Hemm bosta ikel ieħor li jikkontjeni il gojtrinogeni. Biss, nies bit-tirojde ma għandhomx għalfejn jaqtgħu għal kollox dan l-ikel, iżda għandhom jimoderraw.

Tagħmlux biss bħal Popeye li donnu l-unika ikel li jiekol huwa l-ispinaċi!

Ritratt: The Economic Times

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com