“Għadna Nħossu L-Preżenza Tiegħek” – 7 Snin Mill-Mewt Ta’ Karl Vella
“Għaddew 7 snin minn meta ħallejtna, ma nistax nesprimi kemm nħossu n-nuqqas tiegħek, it-tbissima, it-tmellisa tiegħek, l-umoriżmu tiegħek u l-qalb kbira tiegħek li dejjem kont lest biex tgħin persuni oħra fil-bżonn” Din kienet silta mill-messaġġ ta’ Rosemary Vella, il-mara ta’ Karl, fl-okkażjoni tal-anniversarju mill-mewt tiegħu.
Karl Vella kien bniedem ta’ ispirazzjoni kbira li baqa’ jiġġieled il-marda tal-kanċer sal-aħħar mumenti waqt li kompla jkun ta’ appoġġ għal morda oħra.
Karl Vella, fuq it-televiżjoni u midja soċjali kien sar simbolu ta’ kuraġġ; u minkejja li fl-aħħar xhur ta’ ħajtu kien magħdur sew baqa’ sal-aħħar jiġġieled iwassal messaġġi ta’ kuraġġ għal min kien f’sitwazzjoniji simili.
Illum Karl għadu jagħmel il-ġid permezz tal-Fondazzjoni Karl Vella li kienet ħolqot il-mara tiegħu biex tgħin tfal ta’ persuni morda, fost ohrajn.
Segwi siltiet mill-messaġġi li kien jgħaddilna Karl.