“Parkeġġ Vojt U R-Residenti Jaqilgħu Ċ-Ċitazzjonijiet” – Graziella Galea
“Il-parkeġġ fl-iskola primarja tal-Qawra qed ikun vojt u mixgħul bil-lejl. Filwaqt li r-residenti jaqilgħu ċ-ċitazzjonijiet, l-awtoritajiet jinkuna b’parkeġġ vojt u mixgħul iżda li r-residenti għadhom sal-lum ma jistgħux jużaw.
Hekk sostniet Graziella Galea li spiss titkellem f’isem ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar. Staqsiet x’qed iżomm biex dan il-parkeġġ jibda jintuża mir-residenti…
“X’qed iżomm biex dan il-parkeġġ jibda jintuża mir-residenti issa li l-iskola, wara ħafna stennija, fl-aħħar qiegħda topera?”
Intom x’taħsbu dwar dan?