Jinżamm Arrestat Wara Li Darab Surġent Tal-Pulizija U Ħaraq Karozza Ta’ Gwardjan Tal-Ħabs
Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li dalgħodu tressaq il-Qorti mixli li bejn l-24 u l-25 ta’ Jannar li għadda ħaraq il-vettura ta’ uffiċjal fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi.
Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, l-akkużat Tony Zammit, li twieled l-Awstralja, wieġeb mhux ħati.
Huwa kien mixli wkoll li waqt li kien qed jiġi arrestat fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, ir-raġel allegatament fera surġent tal-pulizija.
Zammit ġie identifikat mill-investigazzjonijiet illi saru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mad-Distrett ta’ Ħal Qormi bl-għajnuna tal-kameras tas-sigurta’.