Il-Prinċep Philip Jiddaħħal L-Isptar

 Il-Prinċep Philip Jiddaħħal L-Isptar

Il-Prinċep Philip, li għandu 99 sena, iddaħħal fl-Isptar King Edward VII f’Londra. Dan kien ikkonfermat minn kelliema ta’ Buckingham Palace.

Fi stqarrija Buckingham Palace qal li d-Duka ddaħħal l-isptar bħala “miżura ta’ prekawzjoni, fuq il-parir tat-tabib tal-Prinċep wara li ħassu ma jiflaħx,”.

Id-Duka mistenni jibqa’ l-isptar għal ftit jiem ta’ osservazzjoni u mistrieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com