Filmat: Dan Ir-Raġel Ilu Ma Jieħu Nifs Waħdu Mill-1952
Dan ir-raġel jgħix kważi l-ħin kollu f’dan il-‘pulmun tal-ħadid’.
Paul Alexander ilu ma jieħu nifs waħdu mill-1952, wara li marad bil-polio.
Meta kien ċkejken, Alexander ħassu marid u f’temp ta’ ħamest ijiem tilef ħafna mill-abbiltajiet tiegħu. Minħabba l-polio spiċċa ma jistax jiċċaqlaq, ma setax joqgħod bilwieqfa, u imbagħad lanqas ma seta’ jieħu nifs. Minħabba f’hekk it-tobba poġġewh f’magna tal-ħadid li permezz tagħha seta’ jieħu n-nifs. Il-pulmun tal-ħadid jaħdem billi jimita l-mod kif il-muskoli tas-sider tal-ġisem u d-dijaframma jċaqalqu l-arja lejn u barra mill-pulmuni.
Minkejja d-diffikultajiet, Alexander jgħid li huwa qed jgħix ħajja mill-isbaħ u jħossu kuntent ħafna. “Ma xtaqtx immut, komplejt niġġieled”, stqarr dan ir-raġel filwaqt li qal li huwa qatt ma qata’ qalbu minħabba din iċ-ċirkustanza u mhux bi ħsiebu jaqta’ qalbu issa.
Dan huwa raġel impressjonanti li għamel suċċess kbir minkejja li ma kellu ħajja xejn faċli. Ara l-istorja sħiħa tiegħu hawn: