Bil-Filmat: Diskussjoni Taħraq Dwar Il-Kwoti Tan-Nisa Fil-Parlament
Waqt il-programm l-Erbgħa fost il-Ġimgħa fuq TVM kien hemm diskussjoni sħuna dwar il-liġi ġdida biex jidħlu aktar nisa fil-Parlament.
Fil-Programm pparteċipaw 4 nisa, l-Avukat Nickie Vella De Fremeaux, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs Abigail Mamo, li t-tnejn ma jaqblux mal-kwoti u pparteċipaw ukoll is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar f’isem il-gvern u Therese Comodini Cachia f’isem l-oppożizzjoni li t-tnejn li huma kienu qed jaqblu dwar din il-liġi l-ġdida.
F’mument mill-programm kien hemm argument jaħraq bejn l-Avukar De fremeaux u Rosianne Cutajar fejn De Fremeaux qalet li din il-liġi tmur kontra d-demokrazija u hija umiljanti u insulenti għan-nisa. Sostniet li hi ma trid lil ħadt itiha siġġu parlamentari jew xi impjieg għax sempliċiment hija mara.
L-Avukat De Fremeaux qalet ukoll li n-nisa ma joħorġux għall-politika għax f’Malta jiġu attakkati.
Abigail Mamo, Kap eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs, li wkoll hija kontra dn il-liġi, qalet li “din hija riforma rigressiva” u sostniet li b’din il-liġi se nkunu qegħdin nagħmlu ħsara l-mara.
Minn naha l-oħra Rosianne Cutajar u Therese Commodini Cachia ma qablux ma’ dawn l-argumenti u sostnew li din il-miżura hija mportanti biex in-nisa jkunu rrappreżentati b’mod adekwat fil-parlament.
https://www.facebook.com/lerbgha/videos/426829218434140/
https://www.facebook.com/lerbgha/videos/700527803948761
https://www.facebook.com/lerbgha/videos/722952485033016