Iweġġa’ F’fabbrika Fl-Imrieħel…
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-17.30, il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni, għall-ħabta ta’ nofsinhar raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi serji.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li, Bulgaru ta’ 48, residenti l-Gżira, waqa’ minn sellum waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.