Veterani Bil-Filmat – L-Aħwa Sultana kontra xulxin.. Birkirkara St. Helen b’Punti Massimi.. L-Ewwel Rebħa għal Gozo Glory

 Veterani Bil-Filmat – L-Aħwa Sultana kontra xulxin.. Birkirkara St. Helen b’Punti Massimi.. L-Ewwel Rebħa għal Gozo Glory

Kampjonat Kia tal-Malta Veterans Malta Football Association

Birkirkara St. Helen b’punti massimi, Gozo Glory jiksbu l-ewwel rebħa.
Birkirkara St Helen komplew bil-mixja pożittiva tagħhom hekk kif kisbu rebħa ta’ 4-1 fuq Rabat Serkin b’goals ta’ Claude Mattocks, Kevin Borg Degiorgio, Lawrence Vella u own-goal ta’ Mark Anthony Debono. Il-goal ta’ Rabat skurjah Keith Micallef.
F’logħba li laqqgħat kontra xulxin lill-aħwa Stefan u Konrad Sultana (ritratt), Ħamrun Spartans Veterans kisbu t-tieni rebħa tagħhom meta għelbu lis-selezzjoni tal-MFPA 4-0 bil-goals ta’ Pio Sciriha, Dino Cachia u doppjetta ta’ Stefan Sultana.
Brian Said (2), Michael Galea u John Soler skurjaw il-goals ta’ Luxol St. Andrews Veterans f’rebħa ta’ 4-2 fuq Wardija FC, bil-goals ta’ Wardija jiskurjawhom Stephen Wellman u Orosco Anonam.
L-aktar logħba eċitanti kienet l-aħħar waħda fil-programm ta’ din il-ġimgħa fejn is-selezzjoni Għawdxija Gozo Glory kisbet rebħa ta’ 7-6 fuq Zejtun Red Stars Veterans b’goal fl-aħħar sekondi ta’ Sylvan Galea. Il-goals l-oħra tal-Għawdxin waslu minn Errol Grima (3), Roderick Farrugia, Matthew Portelli u Malcolm Camilleri. Għar-Red Stars skurjaw Darren Vella, Eric Saliba (2), Joseph Portelli u Nikolai Filipov (2).
Birkirkara St Helen żammew l-ewwel post bi 12 -il punt, segwiti minn Luxol St. Andrews b’għaxra, u Ħamrun u Zejtun it-tnejn b’sitt punti.

Ritratti Hamrun Spartans Veterans v MFPA:
https://www.maltaveterans.com/event/mfpa-vs-hamrun-spartans

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com