“Bħala Segretarjat Fi Ħdan Il-Ministeru Ddeċidejna Li Nkunu Attivi Għal Ambjent Aħjar” – Il-Ministru Owen Bonnici
Illum il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr. Owen Bonnici flimkien mas-Segretarjat tal-Ministeru u l-familji tagħhom iddeċidew li għat-tieni darba konsekuttiva, jerġgħu jagħmlu ‘clean up’.
Din id-darba, kien imiss tindifiet f’Ħal Farruġ u fiż-Żejtun fejn bħala tim wieħed, saret attività b’rispett lejn komunitajiet aktar indaf.
“Ejja flimkien nagħmlu d-differenza għal ambjent isbaħ!”, tenna l-Ministru Owen Bonnici fuq il-midja soċjali tiegħu. Prosit Ministru. Eżempju ta’ kif wieħed imidd idu hu biex itejjeb l-ambjent ta’ madwaru.
Aħna minn Stradarjali.com, nieħdu gost naraw inizjattivi ta’ din ix-xorta fejn flok dak li jkun jistenna l-awtoritajiet jew il-pajjiż li jagħmel xi ħaġa għalik, ikunu l-individwi nfushom li jagħmlu ġest sabiħ ta’ ġid għal pajjiżhom. F’dan il-każ, It-tim tal-Ministru Owen Bonnici.