Motorsport – 25 Marixall Ġdid

 Motorsport – 25 Marixall Ġdid

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport nediet kors għal marixxalli tat-tlielaq ġodda fejn fih ipparteċipaw 25 persuna. Il-kors ta’ jumejn beda is-Sibt 20 ta’ Frar, b’indirizz mill-President tal-Federazzjoni Duncan Micallef.

Il-President, f’isem il-Federazzjoni u l-klabbs kollha tal-motorsport, wera l-apprezzament għal dawk li diġà qed jaħdmu f’diversi rwoli. Micallef spjega kif l-Federazzjoni għandha pjanijiet biex tikber u l-importanza li ħafna oħrajn jissieħbu fi ħdan il-Federazzjoni.

Ilbieraħ, fit-tieni u l-aħħar jum tal-kors, il-marixxalli ġodda qattgħu 6 sigħat fil-korsa ta ’La Reve f’ Ħal Far, jiprattikaw dak kollhu li ġie mgħoddi lilhom fil-jum tas-sibt. Huma kienu sorveljati minn marixxalli ta’ esperjenza u taħt is-superviżjoni tal-Kap Uffiċjali tal-MMF is-Sur Adrian Figallo, id-Delegat tal-Karting is-Sur Ruben Hili u l-marixxalli ta’ esperjenza Beppe Aquilina, Jean Vella, Timmy Zammit, u Arthur Naudi Manche.

Rob Salmons marixxall tat-tlielaq u eżaminatur fl-istess suġġett b’32 sena esperjenza qal li “Kien verament inkoraġġanti li tara tant uċuħ ġodda u entużjasti waqt dan il-kors. Kull aspett tal-kors kien suċċess għaliex anke marixxalli eżistenti tal-MMF ġeddew l-għarfien tagħhom filwaqt li appoġġjaw lill-dawk ġodda.”

 

Ritratt: Oliver Attard

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com