“L-Elezzjoni Ssir Meta Niddiċiedi Jien Fl-Aħjar Interess Tal-Poplu Malti U Għawdxi” – Il-PM Robert Abela
Il-Prim Ministru Robert Abela fl-attività politika ta’ nhar ta’ Ħadd li saret fl-Imdina, beda billi qal li l-elezzjoni ssir meta jkun il-waqt b’responsabbiltà lejn il-poplu Malti li “tana mandat b’saħħtu biex immexxu”.
Qal li lil min qal li baqa’ biss ftit żmien tal-Partit Laburista fil-Gvern, jgħidlu li hu baqgħalu biss ftit żmien biex jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista.
“Irrid nara l-familji tagħna jirrilassaw u jieħdu ħsieb u jgawdu l-familji tagħhom. Irrid nara l-impjiegi jerġgħu jissaħħu u pajjiħna jerġa’ jimtela bit-turisti. Dik hija d-differenza; Tim Malta li jpoġġi l-interess nazzjonali l-ewwel u mhux dak partiġġjan.”
Fakkar li hemm min qed isib kull skuża biex ma jissieħibx f’Tim Malta u l-kuluri veru qed joħorġu anke jekk tkun attur tajjeb u qal li l-politika mhix tele dramm.
Qal li Delia prova juri li hu differenti iżda dak attwali, qas sforz mhu jagħmel, għaliex is-siġġu tiegħu ma rebħux bil-fiduċja matul iż-żmien.
Semma kif din il-ġimgħa kien hemm ‘break through’ fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia u wara, rajna attakk fin kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
“Ifittxu kull skuża biex ma jingħaqdux ma’ Tim Malta għaliex il-kelma għaqda tbeżżagħhom”, qal il-Prim Ministru u “l-għaqda hija dik il-kelma li dan il-moviment konvint minnha; l-Għaqda Nazzjonali.”
Spjega kif ser ikompli jiddefendi l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex ikomplu jaħdmu kif suppost.
“Aħna l-forza li taħdem favur is-sewwa”, qal il-Prim Ministru Robert Abela.
Semma kif Rosianne din il-ġimgħa ġabet l-interess tal-pajjiż qabel tagħha, meta kienet qed taħdem bis-saħħa fuq riformi importanti għal pajjiżna u li mhux se jieqfu. “X’differenza minn ħaddieħor, x’differenza mill-Opożizzjoni”, qal il-Prim Ministru.
Spjega kif dgħajfa mhu se jkunu qatt, iżda aktar b’saħħitna. Tenna kif Rosianne din il-ġimgħa, tat eżempju kif isiru l-affarijiet u ta elenku ta’ membri fi ħdan il-PN li sal-lum, ma sar xejn dwarhom.
“Jibża’ jiddeċiedi'”, enfasizza l-Prim Ministru. “Dak kollu li ma jagħmlekx mexxej!” “Id-Differenza hija, Gvern li jimxi bil-prinċipji tas-serjetà għal Opożizzjoni li timxi bil-konvenjenza.”
Enfasizza b’mistoqsija dwar kif mhux qed jimxu bl-istess mod dwar Adrian Delia kif ridtu li timxi Rosianne. Qal li qed jibżgħu u jridu jżommuh kwiet.
Fakkar fid-differenzi ta’ kif Malta waqt pandemija mxiet bihom, meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra. Elenka wkoll numru ta’ punti għaliex il-Gvern preżenti huwa fdat meta ħaddieħor le.
Tenna li lbieraħ, ħassu emozzjonat meta tħabbru l-proposti dwar ir-riforma tal-kirjiet għaliex din hija l-veru ruħ tal-Partit Laburista. Min-naħa l-oħra, qal li l-Oppożizzjoni hija bla ideat u qal li ma kinux kapaċi jagħtu reazzjoni għaliha. Qal li qalu ‘tard wisq’ meta huma kienu ilhom 25 sena fil-Gvern u qatt ma għamlu xejn dwar dan.
Il-Prim Ministru spjega wkoll li l-ambjent huwa prijorità. Jiskanta kif jikkritikaw li qed nimlew lil pajjiżna bi żvilupp bla rażan meta dan li qed isir, huwa skont il-pjan li sar mill-Partit Nazzjonalista, lura fl-2006.
Semma kif ir-reviżjoni tal-pjan lokali li kien sar, m’hemmx kelma oħra għalih ħlief oxxen.