Tliet Snin Ħabs Għall-Persuna Li Tajjar Lil James Clifford Micallef

 Tliet Snin Ħabs Għall-Persuna Li Tajjar Lil James Clifford Micallef

Anthony Taliana ta’ 32 sena ngħata s-sentenza ta’ 3 snin ħabs meta nstab ħati li bi traskuraġni, kien ikkaġuna l-mewt taċ-ċiklist James Clifford Micallef f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-każ ġara 12 -il sena ilu. Għall-ħabta tal-5.15am, Micallef kien ittajjar minn vettura waqt li kien qed isuq mal-ġenb u x-xufier baqa’ sejjer.

Fqu il-post kien instab ukoll bumper tal-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni u aktar l’isfel, instab il-katavru.

L-Imħallef Edwina Grima qalet li ma tara l-ebda raġuni biex tbiddel il-piena u kkonfermat is-sentenza.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com