Rekreazzjoni Rurali: Titjib Tar-Rikreazzjoni Fil-Beraħ Permezz Tal-Parteċipazzjoni Pubblika

 Rekreazzjoni Rurali: Titjib Tar-Rikreazzjoni Fil-Beraħ Permezz Tal-Parteċipazzjoni Pubblika

Wasal iż-żmien li nġeddu l-policy dwar l-użu tal-art għall-ikkampjar, caravanning u pikniks f’Malta, billi hemm domanda dejjem tikber għal aktar spazji ta’ rikreazzjoni. Permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ diskussjoni, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tistieden lill-pubbliku għall-opinjoni dwar rikreazzjoni fil-beraħ.

Kull resident Malti għandu l-passatemp u l-attività preferuta tiegħu li jwettaq fil-post favorit tiegħu – piknik bil-veduta, mixja fil-wied jew ikkampjar u caravanning taħt l-istilel. Varji kemm jkunu l-għażliet, il-kampanja ta’ Malta spiss tidher b’mod prominenti. Huwa post għan-nies biex jaħarbu mill-ħajja urbana, fejn l-għajnejn jistgħu jiġġebbdu lejn l-orizzont u jassorbu l-kuluri ħajjin sbieħ tal-Mediterran.

Li tkun magħluq ġewwa waqt il-pandemija kabbar l-apprezzament għal-postijiet rurali tal-pajjiż – art naturali li għandha titgawda, iżda wkoll protetta. Allura, sat-30 ta’ Marzu 2021, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tagħti s-setgħa lil dawk kollha li jgħixu f’Malta biex jagħmlu eżattament hekk: li jgħidu tagħhom dwar kif iż-żoni rikreattivi rurali tal-gżira, kif identifikati fil-Pjanijiet Lokali approvati, jistgħu jittejbu, jiġu ppreservati u ġestiti għat-tgawdija tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.

Biex tagħmel dan, l-Awtorità ħarġet dokument ta’ diskussjoni “Camping, Caravanning and Picnicking Sites on the Maltese Islands” biex tinforma lill-pubbliku dwar il-policy eżistenti fi ħdan il-Pjan Lokali relatat mal-użu tal-art rikreattiva. Id-dokument iqajjem ukoll kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla u l-implimentazzjoni ta’ siti rurali għall-użu rikreattiv. Kwistjoni ewlenija tibqa’ li l-art f’Malta hija limitata, li timplika li l-użi ta’ art rikreattiva għandhom bżonn jiġu ppjanati b’mod sostenibbli u kondiviż.

Fil-Pjan Strateġiku ta’ Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED), l-Awtorità tiddeskrivi l-viżjoni tagħha li toħloq ambjent rurali fejn dawk li jgħixu fl-ibliet jistgħu jerġgħu jingħaqdu man-natura u jsibu serħan ‘il bogħod mill-qalba tal-ħajja urbana.

Id-dritt tan-nies li jgawdu l-ispazji miftuħa, naturali u mhux żviluppati ta’ Malta huwa diġà appoġġjat fl-SPED, li tipproteġi wkoll l-agrikoltura, l-ambjent u l-wirt kulturali ta’ Malta. Il-qafas jadotta sistema ta’ sostenibbiltà li jipprova jillimita l-iżvilupp fiż-żoni rurali stabbiliti tal-gżira biex jipprevjeni t-tifrix u l-kunflitt ma’ attivitajiet rurali oħra. Bl-istess mod, għalkemm, jekk mhux ippjanat tajjeb, l-użu rikreattiv tal-art jista’ jwassal ukoll għal attivitajiet inkompatibbli, partikolarment jekk l-art tiġi allokata aktar milli ppjanata.

protecting from mosquito on camping by the river

Bl-użu ta’ dan id-dokument, l-Awtorità qed tistieden lill-pubbliku biex jaqsam l-opinjonijiet tiegħu dwar il-futur għall-użu u l-immaniġġjar ta’ siti rurali għal tliet tipi ta’ rikreazzjoni: ikkampjar, caravanning u pikniks. Filwaqt li dawn l-attivitajiet huma spiss marbutin flimkien, il-karatteristiċi u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq l-użu tal-art ivarja. Għaldaqstant, id-dokument jiddefinixxi kull wieħed b’mod ċar.

Il-caravanning hija attività rikreattiva fil-beraħ, għal żmien qasir li tuża struttura, bħal campervan, iddisinjata għal abitazzjoni temporanja tal-bniedem u tista’ tiġi mċaqalqa minn post għall-ieħor. Bl-istess mod, ikkampjar jirreferi għal akkommodazzjoni bil-lejl barra mid-dar f’tinda, tipikament fil-kampanja. U fl-aħħar, piknik huwa eskursjoni bi nhar biex in-nies igawdu ikla fil-kampanja miftuħa normalment mal-familja u l-ħbieb.

Dawn l-attivitajiet jitolbu kunsiderazzjonijiet speċifiċi dwar l-użu tal-art. Il-karavans u l-kampijiet jieħdu spazju sostanzjali u jistgħu jħallu impatt fuq l-ambjent tal-madwar, partikolarment lill-fawna u l-flora, jekk jitwettqu b’mod mhux immaniġġjat. Jistgħu wkoll iwasslu għal intrużjoni viżwali, skart mhux ġustifikat u storbju u tniġġis ieħor jekk ikunu nieqsa minn immaniġġjar tajjeb. Dan hu għaliex huwa aħjar li jkollok siti allokati u ġestiti minflok postijiet varji mhux ikkontrollati. Iż-żoni nominati jistgħu jiġu ġestiti, immonitorjati u mtejba aħjar, li kollha jkunu diffiċli biex jagħmluhom b’sistema b’xejn għal kulħadd. Ir-riżultat bla dubju jkun esperjenza rikreattiva dejjem aktar pjaċevoli għal pubbliku.

Sal-lum, numru ta’ siti ta’ rikreazzjoni ġew assenjati fil-Pjanijiet Lokali ta’ Malta. Pereżempju, il-Pjan Lokali għall-Għawdex u Kemmuna fih kampeġġ f’Kemmuna; il-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta jinkludi siti ta’ kampeġġ u karavann fl-Għallis u f’Baħar ic-Cagħaq; u, il-Pjan Lokali għall-Majjistral ikopri madwar 11-il żona għal pikniks.

Filwaqt li l-gvern qed jimmira li jagħmel spazji rikreattivi aktar miftuħa disponibbli għall-familji, permezz tal-implimentazzjoni tas-siti approvati fil-Pjanijiet Lokali, l-SPED tenfasizza li l-protezzjoni tal-ispazju miftuħ għar-rikreazzjoni pubblika hija kruċjali. Dawn iż-żoni, partikolarment dawk fuq art pubblika, huma assenjati għal użu temporanju biss, biex jissalvagwardjaw l-għażla għal użi alternattivi futuri, u ż-żamma tal-karatteristiċi distinti miftuħa tal-pajsaġġ naturali. Ikkampjar, karavaning u pikniks m’għandhomx iseħħu f’żoni ambjentalment sensittivi sakemm ma jiġux segwiti pjanijiet ta’ immaniġġjar li jidentifikaw siti speċifiċi.

Minbarra li d-dokument jitkellem dwar il-policies attwali ta’ Malta dwar l-użu tar-rikreazzjoni tal-art, id-dokument iqajjem ukoll ħafna ħsieb inkluż il-ħtieġa li nibdew naħsbu mill-ġdid fuq il-kultura tagħna anke fejn hu kkonċernat ir-rikreazzjoni u nsibu modi aktar sostenibbli għall-mistrieħ u r-rikreazzjoni eqreb lejn lokalitajiet infushom. U huwa hawnhekk fejn l-opinjoni pubblika hija essenzjali. L-Awtorità qed tfittex l-opinjonijiet tan-nies dwar it-tipi ta’ faċilitajiet li jistgħu jiżdiedu biex jiġu aġġornati żoni rikreattivi – siti tal-karavans b’mod partikolari – u kif l-immaniġġjar tagħhom tista’ titjieb.

Barra minn hekk, sidien ta’ artijiet li s-siti rurali tagħhom ġew identifikati fi Pjanijiet Lokali għal użu rikreattiv huma mistiedna jesprimu l-interess tagħhom li jkollhom l-art tagħhom riabilitata għal skopijiet bħal dawn, u biex jispjegaw kif is-sit tagħhom jista’ jiġi mmaniġġjat u liema rwol jista’ jkollhom fl-immanġġjar tas-sit.

Id-dokument ta’ diskussjoni “Camping, Caravanning and Picknicking Sites on the Maltese Islands” huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation. Biex tikkontribwixxi f’din il-kwistjoni nazzjonali importanti, tissottometti opinjonijiet, suġġerimenti għal bidliet u titjib, u espressjonijiet ta’ interess lill-Awtorità tal-Ippjanar permezz ta’ [email protected]. Is-sottomissjonijiet huma miftuħa sat-30 ta’ Marzu 2021.

In a deck chair relaxing in Hyde Park

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com