L-Eks President Franċiż Nicolas Sarkozy Jeħel 3 Snin Ħabs Fuq Korruzzjoni

 L-Eks President Franċiż Nicolas Sarkozy Jeħel 3 Snin Ħabs Fuq Korruzzjoni

L-Eks president Franċiż Nicolas Sarkozy ġie kkundanat 3 snin ħabs, sentejn minnhom sospiżi wara li nstab ħati ta’ korruzzjoni.

Sarkozy li għandu 66 sena nstab ħati li prova jinfluwenza maġistrat biex jgħaddilu informazzjoni minn inkjesta dwar il-partit tiegħu. Sarkozy wiegħed lill-maġistrat kariga mportanti f’Monaco.

Żewġ uffiċjali qrib Sarkozy weħlu l-istess sentenza.

Il-Qorti qalet li Sarkozy jista’ jservi s-sentenza fid-dar tiegħu b’tabella elettronika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com