“Kien Hemm Min Talabni Biex Jaqbżu L-Kju Għat-Tilqima Fosthom MP’s Tiegħek Stess”
“Kien hemm min talabni iva biex jaqbżu l-kju għat-tilqima, fosthom membri parlamentari tiegħek stess talabni biex naqbeż il-kju imma għedtlu le bħalma għedt le lil ħaddieħor!”, qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne lbieraħ filgħaxija fil-parlament b’indirizz lill-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech.
Kompla jgħid: “U jekk għandek l-insinwazzjonijiet, agħmilhom ċari ħalli nirrispondik…”