“Ma Nistax Inkun Preżenti Biex Intik L-Aħħar Tislima papa”

 “Ma Nistax Inkun Preżenti Biex Intik L-Aħħar Tislima papa”

Tħabbret il-mewt ta’ Charles Pace mill-Marsa liema funeral se jsir nhar is-Sibt 6 ta’ Marzu fil-Knisja tat-Trinità fil-Marsa fit-8.30am.

Bintu Sandra Mallia espremiet is-sogħba li għandha fuq il-midja soċjali tagħha li ma tistax tattendi għall-funeral tiegħu… “Aħfirli pa kont niġi narak kuljum, qerdet lid-dinja kollha dil-misħuta marda u nitlobkom oqogħdu attenti u ma tkunux egoisti. Aħsbu f’nies vulnerabbli għax aħna tlifna ġojjel prezzjuż li ħadd ma jista’ jsabbarni.”

Jidher li Pace kien raġel maħbub u rrispettat minn ħafna tant li bosta personalitajiet qed isellmulu u jtuh l-aħħar tislima.

Tajjeb li niftakru f’xulxin ukoll kif qaltilna Sandra. Dawn huma esperjenzi reali ta’ persuni li qed iġarrbu. Nieħdu ħsieb xulxin!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com