“Kemm Kienu Jgħajruni Pufta”
“Kemm kienu jgħajruni pufta”, hekk sostna Peppi Azzopardi fuq facebook meta qasam żewġ ritratti, tiegħu u tal-mara meta snin ilu kienu jattendu l-gay pride u kienu jkunu ftit nies biss.
Hu sostna li dak iż-żmien kienu jgħajruh “pufta’ għax kien jiddefendi lill-omosesswali u dak iż-żmien sostna li kienu jkunu biss 40 ruħ, waqt li spjega li hu u Mandy dejjem kienu jkunu hemm.
Spjega li kif kienu jgħajruh pufta dak iż-żmien, l-istess isir illum meta jiddefendi l-immigranti.
Qal ukoll li fir-ritratti tinnota li l-ebda politiku ma tara fost dawk preżenti, “għax dak iż-żmien li tkun mal-gays kienet ittelliflek il-voti. Ara llum mod ieħor.” temm jgħid Peppi Azzopardi.
https://www.facebook.com/peppi.azzopardi.1/posts/10159369610038824