“Meta Se Nitgħallmu?”

 “Meta Se Nitgħallmu?”

Fuq is-sit soċjali Facebook, is-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia spjega kif waqt li kien għaddej bil-ħidma tiegħu, ra xena li ħasditu.

Dan hekk kif Sqaq Buħar reġa spiċċa miżbla ta’ kwalunkwe xorta ta’ skart.

Farrugia staqsa kif min għamel dan l-att vandalu, il-kunxjenza ma tniggżux li qed jagħmel ħażin u qed iħammeġ pajjiżu b’għemilu. Żgur li ħadd ma jrid lil xi ħaddieħor jiġi f’daru u jġibilu miżbla kif ġara f’dal-każ.

Bir-raġun, is-Sindku tal-Imqabba ma jistax jifhem kif fis-sena 2021 għad hawn din il-mentalità fqira li ma tagħmilx sens, għax il-Kunsilli Lokali joffru s-servizz għal ġbir tal-iskart goff minn wara d-djar kollha.

Ritratt: Omar Farrugia (Facebook)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com