FILMAT: “I Don’t Speak In Maltese Because I Don’t Like The Language” – Tfajla Maltija Fuq TikTok
Tfajla Maltija saret popolari fuq TikTok iżda qed taqla’ kritika ħarxa għall-mod ta’ kif tikkummenta bl-Ingliż fil-filmati tagħha. F’filmat minnhom hija qalet li ma titkellimx bil-Malti għax il-lingwa ma tgħoġobhiex.Għal dawn il-filmat qed ikun hemm ħafna kritika u bosta reazzjonijiet.
Fil-programm Popolin ġie diskuss dan is-suġġett, u l-preżentatur Quinton Scerri qal, “hemm min isostni li dan m’hu ġejn għajr elitiżmu u qżiż żejjed li ma jġib xejn għajr firda soċjali u hemm min qed jgħid li r-reazzjoni aggressive ta’ bosta hi forma ta’ cyber bullying”.
Int x’taħseb dwar dan? Ikkummentalna fuq il-post ta’ Facebook!