Deferiti L-Proċeduri U L-Kawżi Mhux Urġenti Fil-Qorti Għal Wara L-11 T’April
Dalgħodu l-Kamra tal-Avukati ġiet infurmata b’ direttiva li ħareġ il-Prim’Imħallef lill-ġudikanti kollha u li permezz tagħha, talab lill-ġudikanti biex jiddifferixxu kull proċedura jew kawza li mhumiex urġenti għal wara 11 t’April 2021.
Fid-direttiva tal-Prim-Imħallef intqal li l-ġudikanti ġew awtorizzati li jiddefenixxu kull procedura jew kawża li jidhrilhom ma humiex urġenti għal wara l-11 ta’ April 2021.
Il-Qrati madankollu ser jibqgħu miftuħin. Il-kamra tal-avukati ħeġġet lill-professjonisti fi ħdanha biex jikkoperaw ma’ din id-direttiva.