Sospiżi T-Tariffi Ġodda Tal-Bank Of Valletta

 Sospiżi T-Tariffi Ġodda Tal-Bank Of Valletta

Il-Bank of Valletta ħabbar li ssospenda tariffi relatati ma’ kontijiet li mhux qed jintużaw u l-bilanċ minimu, hekk kif bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.

L-istess bank innota li kien hemm numru ta’ klijenti li ma kienux mgħarfa minn qabel b’dan il-miżuri ġodda u għaldaqstant kien spjegat li qed jittieħdu l-miżuri xierqa.

Dawn it-tariffi kienu daħlu fis-seħħ f’Settembu li għadda, bil-Bank of Valletta jispjega li l-iskop tagħhom kien li jirkupra parti mill-ispejjeż relatati ma’ kontijiet li ma jkunux qed jintużaw jew li kellhom bilanċ baxx.

Il-Bank of Valletta ħeġġeġ lill-klijenti li ma jużawx il-kontijiet bankarji tagħhom biex jagħlquhom jew jagħżlu kont bankarju bażiku li huwa eżentat minn dawn it-tariffi.

Ritratt: MaltaToday

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com