Lest Il-Proċess Tat-Tilqim Fid-Djar Tal-Anzjani Tal-Gvern
Il-proċess tat-tilqim kontra l-COVID-19 fid-39 dar tal-anzjani tlesta qabel iż-żmien previst. Dan ifisser li iżjed minn 3,700 resident u iktar minn 2,800 impjegat ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.
Dan tħabbar mill-Ministru Michael Farrugia, li spjega kif il-proċess beda fis-7 ta’ Jannar u sar b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
Ħabbar ukoll li min-nhar it-Tnejn 8 ta’ Marzu se jibda t-tilqim tal-anzjani Għawdxin bi problemi ta’ mobilità fir-residenza privata tagħhom.
Waqt l-istess konferenza, il-Ministru Farrugia qal li Dar Madonna tal-Isperanza, li hija dar tal-anzjani tal-gvern, se tkun qed titwaqqa’ u tinbena mill-ġdid.
Ritratt: Omar Camilleri (DOI)