Jinjoraw Il-Miżuri Li Daħlu Fis-Seħħ…
Minkejja li l-Ġimgħa daħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri ġodda b’rabta ma’ ħwienet tal-ikel, jidher li xorta hemm min qed jinjora dan kollu.
Is-Sibt filgħodu, Noel Zarb ikkummenta fuq Facebook li ra diversi nies jieħdu t-te’ jew il-kafe fuq il-bankina quddiem ‘snack bars’, bil-maskri taħt geddumhom u jparlaw bejniethom.
Bir-raġun, Zarb jistaqsi liema parti mill-aspett ta’ ‘take-aways’ mhux jifhmu dawn in-nies, filwaqt li jisħaq li l-pajjiż għadu qed isofri minħabba nies irresponsabbli bħal dawn.
Żied jgħid li ħabba dawn in-nies, ir-ristoranti li jimxu mal-liġi kellhom jaqilbu l-operat tagħhom mil-lejl għan-nhar, u l-industrija tal-arti ilha tbati l-konsegwenzi għal iktar minn sena.
Bħala ċittadin responsabli, Zarb irrimarka li huwa qed jirrapporta kull każ li jara fejn ikun hemm ksur tal-liġi. Xi ħaġa li għandu jagħmilha kulħadd!