Darba Minnhom Qabad Il-Kuluri U Penġa L-Bitħa Kollha Li Kien Għadu Jbajjad Missieru
Mument ħelu kien dak fuq ONE TV ilbieraħ fil-programm Prime Time fejn Owen Bonnici ntervista lil Owen Bonnici. Preżentatur kapaċissimu fuq naħa, u Ministru ta’ suċċess fuq in-naħa l-oħra.
Iżda din id-darba flok diskussjoni politika, il-pubbliku kellu ċ-ċans isir jaf iżjed mill-qrib lill-Ministru Bonnici. Sirna nafu x’qed isegwi fuq Netflix: Queen of the South fejn qal li qed tgħoġbu għaliex għandha xeni minn Malta.
Sirna nafu wkoll li kien l-iżjed wieħed imqareb bejnu bejn ħuħ Jason li huwa tabib.
Iżda ġibditilna l-attenzjoni, avventura ħelwa li kien għamel fi tfulitu fl-età ta’ 4 snin. Għal ommu u missieru żgur li ma jsejħulhiex hekk.
Jum fost l-oħrajn, Dr. Owen Bonnici rrakonta kif missieru kien għadu kif bajjad. Ommu telgħet tonxor fuq il-bejt, ra il-kuluri (crayons) u ddeċieda li jpenġi dak li ġieħ f’moħħu mal-ħitan li kien għadhom kif tbajdu ftit qabel.
Eh Ministru!!!
Min-naħa umana, tammira f’politiċi bħal fil-Ministru Bonnici, li lis-soċjetà kontinwament itieha u mhux kif sfortunatament naħsbu li l-politiċi qegħdin hemm biss għall-partit. Dr. Owen Bonnici sal-lum għadu jagħti lectures fl-Università ta’ Malta b’mod volontarju għaliex għandu passjoni għall-kors tal-liġi.
Prosit Dottore.