Premier League – Ftit Goals, Għejja Evidenti Fit-Timijiet.. illum id-‘derby’ ta’ Manchester
Kull min isegwi regolarment il-Premier League Ingliz fl-aħħar logħbiet seta’ jinnota apatija fil-logħob li anke wasslet għal nixfa ta’ goals.
Logħbiet fuq xulxin, timijiet mingħajr ċans li jirkupraw minn logħba għal-oħra, players għajjenin għax safrattant dawn jibqgħu ujmani u dan kollu rizultat ta’ kif il-logħba tal-futbol saret industrija li kullimkien fid-dinja ma’ tħares lejn wiċċ ħadd u tibqa’ għaddejja b’rankatura goffa kultant anke arroganti, anke f’ċirkostanzi straordinarji li issa qbizna sena għaddejjin minnhom.
Bejn nhar l-Erbgħa u lbieraħ (is-Sibt) rajna lil Manchester United jiddizapuntaw fi draw 0-0 għand Crystal Palace u dan tliet t’ijiem wara 0-0 ieħor għand Chelsea, Aston Villa l-Erbgħa ukoll sofrew goal kmieni mat-tim tal-qiegħ Sheffield United u ma jirkuprawx, Liverpool reġgħu tilfu f’darhom għall-ħames darba nfila, sofrew goal fl-ewwel taqsima ma’ Chelsea ukoll ma rkuprawx, timijiet bħal Everton u m’għandhix xi ngħidu Tottenham jiskurjaw kmieni u fost ħafna logħob medjokri jzommu sal-aħħar l-aqwa li rebħu t-tliet punti.
Jiġfieri l-Premier League Ingliz bl-ispettaklu kollu tiegħu u logħbiet indeċizi u li jħalluk sal-aħħar sekondi bla nifs, f’daqqa waħda sar kif konna ngħidu meta konna tfal, tiftakruha “Min jiskorja jirbaħ”, fl-aħħar logħbiet din ġrat ħafna, goal kmieni minn tim jew ieħor u fost ħafna logħob medjokri u anke sforz l-għejja li diġa semmejna, t-tim li qed jiddefendi jibqa’ jzomm dak il-vantaġġ.
Ġara l-istess is-Sibt meta Arsenal għand Burnley skurjaw goal kmieni, ġabuhom draw ftit wara izda kien jonqos il-fuq minn siegħa logħob, possibli l-Gunners ma kienux kapaċi jew reziljenti bizzejjed biex jerġgħu imorru fil-vantaġġ u jiksbu t-tliet punti li kienu mistennija jakkwistaw f’Turf Moor.
0-0 ieħor is-Sibt bejn Aston Villa u Wolves u t-tip ta’ logħba li kienet ukoll jesawrixxi dan l-argument ta’ apatija u għejja fil-logħob Ingliz bħalissa mill-Kampjonat suppost l-aqwa u l-isbaħ fid-dinja.
Illum il-Ħadd erba’ partiti oħra, biċ-Champions Liverpool li mistennija jirritornaw għar-rebħ f’darhom, jilqgħu lil Fulham, qabel id-dwell bħal dejjem ferm mistenni, d-‘derby’ ta’ Manchester fl-Etihad Stadium, bejn Manchester City u Manchester United.
City għalkemm mhux matematikament Champions, jafu li se jirbħu l-Kampjonat fi ftit tal-ġimgħat oħra.
Kontra l-ġirien tagħhom u rivali mill-istess belt il-Ħadd, Pep Guardiola jipprova jkompli bir-rekords tiegħu u jagħmilhom TNEJN U GĦOXRIN REBĦA KONSEKUTTIVA dan l-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha.
L-aħħar li huma zelqu kien fil-15 ta’ Diċembru li għadda ftit qabel il-Milied fi draw 1-1 f’darhom ma’ West Brom fil-Kampjonat.. Manchester City, SEBA’ REBĦIET il-bogħod minn rekord ġdid dinji ta’ rebħiet konsekuttivi, huma għadhom biċ-ċans li jirbħu kollox dan l-istaġun, hekk kif jinsabu fil-Finali tal-Carabao Cup, fil-Kwarti Finali tal-FA Cup u fi triqithom ukoll lejn il-Kwarti Finali tal-UEFA Champions League b’rebħa 2-0 diġa barra minn darhom, fl-Ewwel Leg tal-Fazi tas-Sittax kontra Borussia Monchengladbach.