L-Arċidjoċesi Tħabbar Numru Ta’ Direttivi Għal Żmien Il-Ġimgħa Mqaddsa

 L-Arċidjoċesi Tħabbar Numru Ta’ Direttivi Għal Żmien Il-Ġimgħa Mqaddsa

Għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa ta’ dis-sena, fil-knejjes jistgħu jintramaw biss ix-xbihat tar-Redentur, tal-Vara l-Kbira u tad-Duluri, filwaqt li l-Irxoxt jintrama għall-Għid il-Kbir.

Dawn id-direttivi ġew ippublikati mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, fejn kien spjegat li m’għandhom isiru l-ebda purċissjonijiet bil-vari msemmija, kemm barra u kif ukoll ġol-knisja.

Intant, fit-Tifkira Solenni li ssir f’Ħamis ix-Xirka, mhux ser isir ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn.

Dwar is-Seba’ Visti, l-Arċidjoċesi qalet li dawk li jipparteċipaw se jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jidħlu u joħorġu mill-knisja bejn riflessjoni u oħra, filwaqt li jibqgħu f’post wieħed.

Fil-Ġimgħa l-Kbira, it-tifkira Solenni tal-Passjoni ta’ Ġesu li ssir waranofsinhar, se ssir bl-eċċezzjoni tal-bews tas-Salib, u minflok, isir mument qasir ta’ Adorazzjoni tas-Salib.

Fil-Vġili tal-Għid, iċ-ċelebrazzjoni se ssir bħas-soltu, iżda l-poplu ma jistax jinġabar ħdejn il-bieb ta’ barra għat-tberik tan-nar imma jsegwi minn postu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com