Se Jkun Aġġornat L-Avviż Legali Biex Tixrob, Tiekol U Tpejjep Barra
L-Awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li se tiġi aġġornata l-premessa legali fejn persuni se jkunu jistgħu jieklu, jixorbu u jpejpu barra.
Dan jista’ jsir jekk persuna ma tkunx miexja iżda tkun statika jew bilqiegħda.
Il-maskra ma tistax titneħħa jekk persuna tkun miexja iżda biss biex tiekol, tixrob jew tpejjep.