Nifs Ġdid: Jitneħħew Ir-Riggijiet Taż-Żejt Mill-Kottonera

 Nifs Ġdid: Jitneħħew Ir-Riggijiet Taż-Żejt Mill-Kottonera

Dalgħodu bdiet l-operazzjoni biex jitneħħew ir-riggijiet taż-żejt mill-Port il-Kbir wara li kienu  ilhom snin ikerrħu l-veduti tal-Kottonera.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura qal li r-rigg Atwood Beacon huwa l-ewwel wieħed li qed jitlaq mill-Port il-Kbir wara snin ma jintużax.

Qal li l-ħsieb tal-gvern hu li jiġu iżjed bastimenti u opri bħal dawn li jidħlu għas-servizzi u t-tiswija, iżda meta jitlesta x-xogħol, ikomplu bil-vjaġġ tagħhom u mhux jieqfu għal snin sħaħ.

Din il-ħidma ssegwi t-tneħħija ta’ għadd ta’ bastiment abbandunati f’Ras Ħanżir u l-Menqa fil-Marsa u għandha sservi wkoll biex fost oħrajn ma ssirx ħsara fl-ambjent tal-baħar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com