Tinfetaħ Il-Ħames ITU Minħabba Domanda Kbira; “Is-Sitwazzjoni Allarmanti” – MAPHM

 Tinfetaħ Il-Ħames ITU Minħabba Domanda Kbira; “Is-Sitwazzjoni Allarmanti” – MAPHM

L-Assoċjazzjoni tat-Tobba fil-Qasam tas-Saħħa Pubblika (MAPHM) qalet li r-rekord ta’ każijiet reġistrat illum u n-numru ta’ nies li ddaħħlu l-Isptar fl-aħħar jiem huwa allarmanti, waqt li ddeskriviet is-sitwazzjoni bħala waħda “allarmanti”.

Fl-aħħar 24 siegħa l-assoċjazzjoni qalet illi infetħet il-ħames ITU fl-Isptar Mater Dei u fakkru illi dan kien l-aħħar unit tal-ITU fil-pajjiż bla ebda spazju issa biex jiġu kkurati pazjenti li qed ibatu minn mard serju u li issa qed ikunu iżgħar fl-età.

Huma qalu illi bil-każi ġodda llum, Malta għandha l-ħames l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet fid-dinja.

Stqarrija simili saret mill-Assoċjazzjoni tal-Anestetisti  waqt li l-MUT rreġistrat tilwima industrijali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com