Dan Mhux Mument Ta’ Gowls Politiċi… Ieqfu Kkritikaw U Ejjew Naħdmu Lkoll Flimkien”

 Dan Mhux Mument Ta’ Gowls Politiċi… Ieqfu Kkritikaw U Ejjew Naħdmu Lkoll Flimkien”

Minn kmieni dalgħodu l-midja soċjali bdiet timtela bi spekulazzjonijiet li mbagħad saru realtà dwar in-numri li nstabu ta’ każijiet pożittivi għal-lum. Anzi, minn 468, kif beda jingħadd fil-bidu, in-numru kien ta’ 510.

Dlonk flok nindirizzaw il-kwistjoni, facebook tarah jimtela b’botti u risposti kontra l-Gvern. M’Aħnhiex hawn biex naġevolaw lill-ebda parti imma l-maturità titlob li nikkalmaw biex 1. nindirizzaw l-ewwel u waħda mill-iktar problemi bħalissa; is-saħħa mentali. In-nies qed jgħajjew biss bil-pandemija imma wkoll bil-paroli vojt li għaddej u li qed idejjaq lil kulħadd miż-żewġ naħat.

2. L-ebda naħa mhu se tiskurja punti politiċi billi wieħed iwaħħal fl-ieħor. Il-pandemija qiegħda hawn u dan huwa fatt, ilkoll xbajna – fatt, ilkoll ma rridux li tiġi l-Covid-19 fuqna – fatt, imma daqstant ieħor, hawn numru fostna li ġew jaqgħu u jqumu u għamlu xalata donnhom biex jisfidaw jew jinfexxu n-nervi tagħhom f’xi ħaġa bi sfida.

3. Irridu nammettu li hawn ftit nuqqas ta’ ħsieb dwar kif ‘JIEN’ qed nieħu ħsieb u nagħmel li hu meħtieġ minni.

4. Kemm il-PL u kemm il-PN għandhom jieħdu ħsieb in-nazzjon u l-ebda naħa m’għandha tipprova tieħu vantaġġ politiku. Ikun għajb li filwaqt li fil-midja, meta jkollhom ċans jgħidu li ‘dan qed jitkellmuh għall-ġid tal-poplu’ u fis-siegħa tal-prova, tara status jikkritika bla ma joffri soluzzjoni. Din turi immaturità u ipokrezija assoluta.

Il-poplu jrid sensittività u rispett. Miż-Żewġ naħat. Inżommu f’moħħna, faċli wieħed jikkritika u ma tkunx int fil-pożizzjoni, meta anke fil-pożizzjoni ta’ ċittadini, ħafna minna agħmlu l-kontra ta’ dak li kien mitlub minnhom. Anqas maskra għad hawn min ma jafx jilbes! Ejjew nimmaturaw u ningħaqdu għall-ġid ta’ pajjiżna u tagħna lkoll kemm aħna. Illum qabel għada. Xbajna bil-kantalieni tas-soltu … għax kieku jien jew kieku x’kont nagħmel.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com