Tarbija u Tifla Jinstabu F’Dar Fejn Kienet Qed Tiġi Traffikata D-Droga

 Tarbija u Tifla Jinstabu F’Dar Fejn Kienet Qed Tiġi Traffikata D-Droga

Tliet persuni ġew arrestati mill-Pulizija wara li allegatament instabu fil-pussess ta’ diversi qratas ta’ droga biex jiġu ttraffikati.

It-Tnejn, il-Pulizija kienu mitluba miċ-Child Protection Services biex jassistuhom f’residenza f’Ħal Qormi fuq rapport li allegatament kienet qiegħda tiġi ttraffikata d-droga u fl-imsemmija residenza kien hemm tfal żgħar.

meta l-pulizija daħlu fid-dar huma sabu tarbija ta’ sitt xhur u tifla ta’ disa’ snin. Dawn bħalissa qegħdin jinżammu temporanjament miċ-Child Protection Services.

Minn tfittxija li saret fir-residenza nstabu 45 qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u qartas b’sustanza suspettata eroina. It-tliet persuni – mara ta’ 35 sena, raġel ta’ 29 sena u żagħżugħ ta’ 16-il sena – qegħdin jiġu nterrogati mill-pulizija b’rabta ma’ allegat traffikar ta’
droga.

Il-Maġistrat Dr Natasha Galea Sciberras qiegħda tmexxi inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com