Bil-Filmat – Miżuri Ġodda: Skejjel Magħluqa, Sports Sospiż U Mħassra T-Tiġijiet

 Bil-Filmat – Miżuri Ġodda: Skejjel Magħluqa, Sports Sospiż U Mħassra T-Tiġijiet

L-iskejjel se jingħalqu, u flimkien magħhom il-ħwienet li jipprovdu prodotti u servizzi mhux essenzjali, bħal dawk tal-ħwejjeġ u tas-sbuħija. Inklużi wkoll beauty shops, vape shops, hairdressers u nail technicians.

Dan tħabbar l-Erbgħa filgħaxija mill-Prim Ministru Robert Abela.

Filwaqt li l-iskejjel se jingħalqu min-nhar it-Tnejn li ġej u t-tagħlim isir online, il-miżuri l-oħra se jidħlu fis-seħħ minn għada.

Fost id-diversi miżuri ġodda li daħlu fis-seħħ sal-11 t’ April hemm li l-isports kollu ġie sospiż, filwaqt li ngħalqu l-gyms ukoll.

L-ivvjaġġar lejn Għawdex se jkun limitat biss għal dak meqjus bħalsa essenzjali, filwaqt li jista’ jkun hemm erba’ persuni biss f’postijiet pubbliċi.

Fejn jidħlu attivitajiet reliġjużi u tiġijiet, dawn ma jistgħux isiru, bl-unika eċċezzjoni jkunu l-funerali, dejjem skont il-protokolli li hemm diġa fis-seħħ.

Barra minn hekk, se jingħalqu r-ristoranti u l-faċilitajiet anċillari tal-lukandi, fejn dawn jistgħu joffru biss ikel u xorb permezz tar-room service jew deliveries.

Is-swali taċ-ċinema ukoll għandhom jibqgħu magħluqa.

Tħabbar ukoll li operazzjonijiet li mhumiex urġenti se jkunu posposti.

Intant, il-wage supplement se jingħata sħiħ lin-negozji kollha.

Il-Prim Ministru Robert Abela innota li iktar minn 60% tal-każijiet pożittivi li kienu rreġistrati riċenti huma ġejjin mill-varjant.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet intqal li mal-4,000 persuna kuljum qed titlaqqam bil-vaċċin kontra l-COVID-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com