“Missieri Miet Bil-Covid, Ma Rajtux Imut U Ma Stajtx Immur Għall-Funeral” – Jeremy Camilleri
F’intervista fil-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, Jeremy Camilleri tkellem dwar kif missieru kien wieħed mill-vittmi tal-Covid-19 ftit jiem ilu.
Jeremy qal li missieru kien ilu sena ma joħroġ mid-dar u ftit ġimgħat ilu kellu jiddaħħal l-isptar minħabba mard ieħor. Jeremy qal li missieru ġie pożittiv għall-virus waqt li kien l-isptar wara li kien f’ward ma’ persuni li ħarġu pożittivi għall-virus.
Jeremy spjega r-rabja tiegħu għal dan waqt li sostna li peress li ltaqa ma’ missieru, hu spiċċa fi kwarantina u allura ma setax ikun ma’ missieru fl-aħħar jiem ta’ ħajtu u saħansitra ma kienx possibbli jmur għall-funeral ta’ missieru.
Segwi l-intervista sħiħa f’dan il-link.
https://www.facebook.com/lerbgha/videos/424739902151221