Fis-Sigħat Li Ġejjin Il-Vaċċin Johnson & Johnson F’Malta.
Dwar il-vaċċin, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, ilbieraħ qal li ta’ kuljum qegħdin jingħataw madwar 4,000 doża tal-vaċċin biex illum madwar 17% tal-popolazzjoni f’Malta bdiet titlaqqam. Dan filwaqt li huwa previst li l-herd immunity tintlaħaq ħames ġimgħat qabel l-aħħar ta’ Settembru, minn kif kien ppjanat oriġinarjament.
Intqal li fis-sigħat li ġejjin pajjiżna għandu jirċievi konferma għal kwart ta’ miljun doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 ta’ Johnson & Johnson filwaqt li se jinfetħu żewġ ċentri tat-tilqim kbar fl-MCAST u fl-Aurora f’Għawdex.
Ritratt: Time Magazine