Bil-Filmat: Jitilgħu Għax-Xufier, Jgħajruh U Jaqilgħu L-Perspex… X’Ġara?

 Bil-Filmat: Jitilgħu Għax-Xufier, Jgħajruh U Jaqilgħu L-Perspex… X’Ġara?

Filmat li waslilna fl-aħħar minuti juri mara rrabjata għall-aħħar fuq karozza tal-linja. Hija tidher qed tilmenta u tirrabja max-xufier, iżda dwar xiex mhuwiex magħruf, hekk kif fost l-għajjat wieħed jirnexxielu jifhem biss ftit tal-kliem bħal “nifqgħak” u “with the baby on the bus”.

Wara ftit, fil-pront jidher raġel tiela fuq tal-linja, u jipprova jattakka fiżikament lix-xufier. Minħabba l-perspex huwa ma setax jilħqu sew u b’hekk ġibidha lejh bil-għan li jqaċċatha.

F’dan il-mumenti t-tfajla tistema tgħid, “Pa, it-tifla” u ftit tal-mumenti wara terġa’ tibda tgħajjat max-xufier u tgħidlu sabiex jekk irid jirrapurtaha.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-argument.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com