Nadurawk O Ġesù U Nberkuk… Għadha B’Saħħitha L-Fidi F’Malta?

 Nadurawk O Ġesù U Nberkuk… Għadha B’Saħħitha L-Fidi F’Malta?

Malta u l-fidi… Illum fl-2021 kemm għadna nħossu l-fidi bħal qabel? Niftakru fiha meta jkollna bżonn biss? Huwa mod ta’ ħarba mir-realtà jew verament qiegħda fil-fond ta’ qalbna?

Dan huwa suġġett dibatibbli. Ħafna drabi nitħawdu bejn fidi u tradizzjoni bħall-festi u attivitajiet oħra, li ma fihom xejn ħażin. Iżda mbagħad, ikun hemm min jagħti titli koroh bid-dagħa. Huwa fatt li jiġri kullimkien imma xorta mhux raġunar! Intom x’taħsbu dwar dan?

Spiss ukoll niftaħru biha mal-barranin, meta jsaqsuna x’inhi r-reliġjon tagħna u dlonk inwieġbu: Malta Kattolika.

Madanakollu, irridu nħaddnu l-fatt li pajjiżna għandu devozzjoni lejn Ġesù Redentur u jemmen fih.

Illum fil-Bażilika tal-Isla se ssir quddies fid-9.30am fejn ser iqaddes Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna li se tixxandar b’mod dirett fuq TVM2. Illejla mbagħad issir quddies oħra fis-18.30 fuq il-facebook tal-Parroċċa.

Ritratt: Facebook/ Parrocca Senglea

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com