Bil-Filmat: “Nieħdu Ħsieb Xulxin, L-Aħna Akbar Mill-Jiena” – Il-Prim Ministru

 Bil-Filmat: “Nieħdu Ħsieb Xulxin, L-Aħna Akbar Mill-Jiena” – Il-Prim Ministru

Pablo Micallef illum mexxa diskussjoni televiżiva fuq ONE flok l-attività politika tas-soltu minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija.

Il-Prim Ministru Robert Abela bda billi semma l-appell ċentrali, dak ta’ responsabbiltà u tenna li hu sodisfatt bit-turija tar-responsabbiltà mill-poplu Malti.

“Nieħdu ħsieb xulxin, l-aħna akbar mill-jiena”, tenna l-PM.

Abbażi tax-xjenza, il-Prim Ministru tenna li dak huwa l-kriterju ewlieni li fuqu jagħtu direzzjoni. Elenka kif saret il-mixja minn Marzu tas-sena l-oħra sal-lum.

Semma kif mal-mument, qed ikunu ikallibrati l-miżuri fejn meta kien hemm bżonn iżżid, żdiedu l-miżuri.

Il-Professur Stephen Montfort, f’kollegament spjega kif il-varjant biddel ix-xenarju fid-dinja kollha. Spjega kif meta jkun hemm tibdil, trid tbiddel il-ġlieda tiegħek. Bħalissa, tenna li hawn 3 varjanti fid-dinja: tas-South Africa, tal-brażil u l-‘uk variant; il-b117 li bdew jindunaw bih f’Novembru li għadda fuq samples ta’ settembru u għalhekk, kien ilu dieħel bil-mod il-mod u f’Diċembru, dan sploda. Il-varjant Ingliż qed f’110 pajjiżi.

“Il-varjant huwa diffiċli għaliex huwa iktar trasmessibbli u jaf ikun iktar sever għalkemm hemm mistoqsijiet dwaru fejn hemm bżonn iktar informazzjoni.”, spjega l-Profs. Montfort.

Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lill-‘front liners’ tal-ħidma kontinwa fejn qal li anqas għandu kliem biżżejjed biex jirringrazzjahom.

Spjega kif f’dan il-mument, huwa aktar kruċjali li nieħdu ħsieb xulxin anke meta bħalissa għandna l-vaċċin, iżda rridu nagħtu ż-żmien lill-awtoritajiet tas-saħħa biex ilaqqmu filwaqt li nagħtu kas il-miżuri u ngħinhuom bihom.

Dr. Marius Caruana f’kollegament, spjega kif issa hawn 40 ċentru ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżna fejn qed jagħtu mal-4 t’elef vaċċin kuljum. Tenna li dan diġà qed juri riżultat. Enfasizza li min qed jirċievi l-appuntament biex imur jieħu t-tilqima, ma jibżgħux u jmorru jieħduh. Tenna li min għandu diffikultà, ikellem lit-tobba tagħhom.

Il-Kirurgu Jo Etienne Abela tenna li l-Gvern, minkejja d-diffikultajiet kollha li ħakmu d-dinja kollha, inkluż il-varjant, l-investiment kien f’waqtu min-naħa tiegħu.

Segwu hawn:


 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com