Bil-Filmat: “Ħadd Ma Jieħu Pjaċir B’Numri Għoljin… ” – Bernard Grech

 Bil-Filmat: “Ħadd Ma Jieħu Pjaċir B’Numri Għoljin… ” – Bernard Grech

Norma Saliba Kap Tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ TVM intervistat lill-Kap tal-Opożizzjoni minn San Pawl il-Baħar.

Bernard Grech beda billi qal li ħadd ma jieħu pjaċir b’numri għoljin anzi jittama li jkollna numri baxxi u qal li kien hemm bżonn li jkomplu jinsistu fuq għarfien tas-sitwazzjoni fejn qal li l-Gvern irrikonoxxa li s-sitwazzjoni ħarbet mill-kontroll.

Tenna li l-Opożizzjoni semmiet kemm -il darba li saħqet dwar emerġenza nazzjonali fejn tfisser, li l-liġi tagħti poter lis-Supretendent tas-Saħħa biex tieħu deċiżjoni hi flimkien mal-Awtoritajiet tas-saħħa. Qal li dan ġara s-sena l-oħra u n-numri bdew neżlin. Qal li sfortunatament f’Ġunju tas-sena l-oħra, id-deċiżjoni beda joħodhom biss il-politiku waħdu.

Qal li din l-emerġenza nazzjonali tneħħiet fuq risk assessment mhux fuq parir mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Spjega kif sal-lum, “anke nies li deħlin minn Sqallija, kulma qed isir huwa biss joħdulhom it-temperatura u dan huwa skandlu”, tenna l-Kap tal-Opożizzjoni.

Grech semma wkoll li għandu jkun hemm ‘scientific board’ biex jagħtu pariri lill-Gvern dwar kif għandhom jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com