Il-Bażilika Ta’ Kristu Re F’Raħal Ġdid Ser Tingħata Orgni Minn Knisja F’Sunderland
Orgni li nbena lejn l-aħħar tal-1800 u li bħalissa jinsab fi knisja f’Sunderland fl-Ingilterra, issa ser jiġi trasferit fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
L-Orgni li għandu storja kbira tneħħa mill-knisja tat-Trinita f’Sunderland wara li nbidel l-użu tal-Knisja u ġie deċiż li l-orgni jiġi trasferit f’Malta.
Kif jasal Malta, l-orgni se jkollu bżonn restawr li mistenni jiġi jiswa eluf ta’ ewro.