Taqbad Prodott U Ddaħlu F’Imneħirha

 Taqbad Prodott U Ddaħlu F’Imneħirha

Ninsabu f’nofs pandemija u tiskanta kif issib min jinjora dak kollu li l-awtoritajiet ilhom javżaw dwaru!

Persuna li kienet qed tixtri minn ‘supermarket’ lokali uriet dan iswed fuq l-abjad.

Fuq Facebook, John Pisani ppublika ritratti tagħha (filwaqt li għatta wiċċha) u rrakkonta x’ġara.

Apparti li neżgħet il-maskra f’post fejn din għandha tibqa milbusa l-ħin kollu, il-mara qabdet prodott u litteralment daħlitu f’imneħirha.

Pisani, wara li ħa r-ritratti, ġibed l-attenzjoni tal-‘Cutomer Care’, u dderiġewh lejn is-‘security’.

Wara li avviċina membru tas-‘security’ u wrih ir-ritratti, din il-persuna saqsietu x’seta jagħmel, filwaqt li għolla spalltu.

Fuq il-midja soċjali, Pisani ma naqasx milli jgħid kif irreaġixxa għal dan, filwaqt li qal li jistenna risposta mingħand id-diretturi tal-istess ‘supermarket’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com