Żieda Fil-Limiti Tad-‘Debit Cards’ Tal-BOV
Il-Bank of Valletta ħabbar li żied il-limiti tad-‘debit cards’, kemm meta tħallas bil-BOV Cards u anke meta tiġbed il-flus mill-ATMs.
Bil-BOV Cashlink Malta tista’ tonfoq kuljum sa massimu ta’ €1,000 f’xiri mill-ħwienet u tista’ tiġbed €700 kuljum mill-ATM.
Bil-BOV Cashlink Visa tista’ tonfoq sa massimu ta’ €3,000 f’xiri mill-ħwienet kuljum, filwaqt li l-massimu li jista’ jinġibed mill-ATM kuljum huwa €1,000.
Dan filwaqt li l-inqas ammont li jista’ jinġibed mingħand il-kaxxiera mill-fergħat tal-Bank of Valletta huwa ta’ €700.