Saċerdot Malti Diżappuntat Bid-Dikjarazzjoni Tal-Vatikan Dwar L-Omosesswali

 Saċerdot Malti Diżappuntat Bid-Dikjarazzjoni Tal-Vatikan Dwar L-Omosesswali

Il-Patri Ġiżwita Josef Mario Briffa esprima ruħu ubblikament li jinsab diżappuntat dwar id-dikjarazzjoni tal-Knisja li mhux se tbierek unjonijiet bejn koppji tal-istess sess.

Josef Mario Briffa qal li ma’ jistaġibx għaliex persuni jitilqu mill-Knisja, iżda  xi jżomm persuni li jidentifikaw ruħhom bħala LGBTQ+ fil-Knisja. Żied jgħid għaliex bħala Knisja, fejn jidħlu relazzjonijiet LGBTQ+, għandna ftit x’noffru, “biex ma ngħid xejn”.

It-Tnejn il-Papa Franġisku ffirma digriet li kkonferma li tagħlim antik tal-Knisja li jwaqqaf saċerdoti milli jbierku koppji tal-istess sess.

Il-Patri Ġiżwita qal ukoll li jinsab diżappuntat li l-Knisja ma toffri xejn lil persuni LGBTQ+ li jistaqsu għall-għajnuna u li jixtiequ lil Alla f’ħajjiethom.

Josef Mario Briffa qal ukoll li forsi l-Knisja trid tibda tisma’ l-komunita’ LGBTQ+ fi ħdan il-Knisja l-ewwel u forsi xi darba il-komunita’ LGBTQ+ tibda tkun milquha, “iżda llum mhijiex sfortunatament”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com