Qalu Li Therese Comodini Cachia Pruvat Tiġbed L-Attenzjoni Fuqha… Għandha Raġun Jew Esaġerat?

 Qalu Li Therese Comodini Cachia Pruvat Tiġbed L-Attenzjoni Fuqha… Għandha Raġun Jew Esaġerat?
“Therese Comodini Cachia biex tiġbed l-attenzjoni fuqha provat toħloq diskussjoni fil-pajjiż wara reklam ta’ ħalib ġdid fejn qed tinqeda bih u tgħid li huwa sessit. Il-kummenti tan-nies kontra dan l-argument juri kemm m’għandiex raġun u d-drama li provat toħloq jidher li sfummatilha fix-xejn.”
Dan wara kontroversja li qamet dwar riklam tal-Benna ta’ ħalib bit-togħma ta’ red velvet. ir-reklam juri raġel li malli jixrob il-ħalib, dlonk jara il-mara li jkun hemm quddiemu b’ilbies aktar senswali.
Therese Comodini Cachia kitbet hekk: “Jekk is-sess u n-nisa huma dak kollu li tista’ toħroġ bihom biex tbiegħ il-prodott tiegħek, allura l-bdiewa Maltin, ċertament jinsabu fl-inkwiet”, u staqsiet kif se jkunu r-reklami tal-prodotti l-oħra.
Id-Dairy Farmers Malta qalu li r-raħħala ma jridu lil ħadd jieħu vantaġġ politiku u kkundannaw id-dawl ikrah li prova jintefa’.
Il-kummenti kienu varji, kien hemm min qal li ma fih xejn ħażin u rriedu nieqfu nkunu dojoq.
Intom x’taħsbu dwar dan?

Fil-verità, ir-riklam ħalla l-effett mixtieq u dak li jkun, jixtrieh iżjed anke biex jiċċajta. Ma nafx x’taħsbu dwar dan?

Ritratt: Benna.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com