“Tlift Id-Dawl Minn Għajn Waħda F’Mument Ta’ Tensjoni” – Lawrence Gonzi Jirrakkonta

 “Tlift Id-Dawl Minn Għajn Waħda F’Mument Ta’ Tensjoni” – Lawrence Gonzi Jirrakkonta

F’intervista estensiva waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq TVM, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi tkellem dwar diversi temi u dwar is-snin tiegħu fil-politika.

Fil-programm Lawrence Gonzi rrakkonta kif ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 hu tilef id-dawl minn għajn waħda minħabba tensjoni u nkwiet ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Lawrence Gonzi spjega li wara sar jaf li minħabba t-tensjoni li kien għaddej minnha, telgħatlu l-pressjoni f’daqqa u kawża ta’ dan għamlitlu ħsara permanenti f’għajna waħda.

Bħala bniedem pożittiv qal li fadallu għajn waħda u għalhekk baqa’ għaddej b’mod normali. spjega kif fil-kampanja elettorali tal-2013 kienu jagħtuh injezzjoni f’għajnejh filgħodu u filgħaxija kien irid imur jindirizza l-mass meetings.

Fil-programm Lawrence Gonzi tkellem ukoll dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u spjega li hu ma kienx jaqra l-artikli tagħha biex ma tinfluwenzahx kif ukoll tkellem dwar il-Kap preżenti tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u dwar il-Partit Nazzjonalista llum il-ġurnata.

Lawrence Gonzi qal ukoll li z-ziju tal-papa tiegħu, li kien l-Arċisqof Gonzi riedu jsir qassis u spjega li nfluwenzalu ħajtu.

Lawrence Gonzi tkellem ukoll dwar id-divorzju, l-inkwiet li kellu b’deputati tiegħu stess, l-onorarja, l-ewro, il-kriżi fil-Libja u diversi temi oħra.

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/116482710393841

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/486803469142693

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com