Iż-Żewġ Qassisin Mixlija B’abbuż Sesswali Jinħelsu Mill-Arrest

 Iż-Żewġ Qassisin Mixlija B’abbuż Sesswali Jinħelsu Mill-Arrest

Iż-żewġ qassisin Għawdxin mixlija bi stupru u abbuż sesswali t’abbati li kien minorenni ngħataw il-libertà proviżorja fuq numru ta’ kundizzjonijiet.

Skont rapport ta’ ONE News  iż-żewġ saċerdoti, ngħataw il-ħelsien mill-arrest u ġew ordnati biex ma jkellmux jew javviċinaw lill-allegat vittma u li jekk jiksru xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqhom jeħlu multa ta’ sebat elef ewro u jew priġunerija ta’ sentejn ħabs.

Iż-żewġ saċerdoti ġew ordnati jiffirmaw f’għassa tal-pulizija.

Il-kumpilazzjoni fil-każ taż-żewġ qassisin qed tkompli tinstema’ fil-magħluq quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com