“Id-Deċiżjoni Tal-Aġenzija Maltija Tal-Mediċini Dwar Il-Vaċċin AstraZeneca Kienet Waħda Tajba” – Chris Fearne
Dalgħodu, permezz ta’ Twitter, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne saħaq li d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Aġenzija Maltija tal-Mediċini fil-jiem li għaddew dwar il-vaċċin ta’ AstraZeneca kienet waħda tajba. Huwa qal dan wara li lbieraħ, l-EMA (European Medicines Agency) ħarġet stqarrija sabiex tikkonferma li dan il-vaċċin huwa effettiv u sikur.
Diversi pajjiżi Ewropej issospendew l-użu ta’ dan il-vaċċin, iżda f’Malta eluf ta’ persuni baqgħu jiġu mlaqqma permezz tal-vaċċini ta’ Pfizer, Moderna u anki AstraZeneca, biex b’hekk, sal-bierah 18 ta’ Marzu, 133,871 persuna kienet ħadet imqar l-ewwel doża tat-tilqima.
Id-deċiżjoni li tatna l-Aġenzija tal-Mediċini #Maltija, li nibqgħu nużaw il-vaċċin tal-#AstraZeneca, kienet deċiżjoni tajba, hekk kif issa l-European Medicines Agency #EMA ikkonkludiet li dan hu vaċċin sigur u effettiv. #vaccinatetosafety
— Chris Fearne (@chrisfearne) March 19, 2021